DWAR IL-PROĠETT FAIR – FAIR

Fighting Against Inmates’ Radicalisation

763538 - FAIR - JUST-AG-2016/JUST-AG-2016-03 PROJECT NUMBER: 763538

  • Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti tal-priġunieri.
  • Tmexxi ’l quddiem in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’attività illeċita.
  • Tħaffef ir-riintegrazzjoni tal-expriġunieri fis-soċjetà.

DWAR IL-PROĠETT FAIR

Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti tal-priġunieri.

Tmexxi ’l quddiem in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’attività illeċita.

Tħaffef ir-riintegrazzjoni tal-expriġunieri fis-soċjetà.

Il-proġett FAIR jindirizza l-problema tar-radikalizzazzjoni Iżlamika b’attenzjoni speċjali fis-sistema ta’ priġunerija, bil-ħsieb li:

  • Tissawwar sistema ta’ allarm intern u f’waqtu, imwettqa mill-operaturi tal-ħabsijiet, sabiex jaqbdu minn kmieni sintomi ta’ radikalizzazzjoni fi stadju bikri, u
  • Jiżviluppaw mudell alternattiv għal dak ta’ detenzjoni tradizzjonali, li jinkludi t-tmewwit tal-interess f’attivitajiet illeċiti u programm ta’ riabilitazzjoni għal detenuti estremisti.

 

L-għanijiet ewlenin tal-proġett FAIR huma:

  • biex jipprevjenu u jiskoraġġixxu l-proċess ta’ radikalizzazzjoni u ta’ ingaġġ ta’ ċittadini Ewropej u ċittadini barranin li joqogħdu fil-pajjiżi msieħba fil-proġett, minn gruppi terroristiċi affiljati mal-ISIS.
  • biex imexxu ’l quddiem l-idea ta’ mġiba ta’ diżingaġġ f’individwi radikalizzati fil-ħabsijiet.

Permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet, il-proġett FAIR jindirizza u jinkludi b’mod attiv dawn il-gruppi speċifiċi:

  • 170 PROFESSJONIST LI JAĦDMU FIS-SISTEMA TA’ PRIĠUNERIJA (pulizija penitenzjarja, operaturi ta’ għajnuna soċjali, operaturi fil-qasam tas-saħħa, voluntiera, rappreżentanti ta’ denominazzjonijiet reliġjużi, avukati) se jkunu inklużi fi gruppi ta’ diskussjoni u programm tat-taħriġ għall-operaturi fil-ħabsijiet (WP4) biex isaħħu l-kompetenzi u l-ħiliet tagħhom, u biex jagħtu bidu għal sistema ta’ allarm biex jaqbdu u jissorveljaw il-proċess ta’ radikalizzazzjoni fil-ħabs. Il-programm isegwi l-analiżi tal-aħjar prattiki Ewropej dwar miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu r-radikalizzazzjoni ta’ xejra vjolenti u identifikar tal-ħtiġijiet tal-operaturi tal-ħabs (WP3). Il-programm mirfud b’żewġ għodod tal-web: pjattaforma tal-web b’riżorsi siewja u bil-faċilità ta’ servizz ta’ konsultazzjoni għall-operaturi fil-ħabs, it-tnejn mifruxa permezz ta’ networks soċjali u avvenimenti diretti fid-9 pajjiżi msieħba (WP2).
  • 50 PRIĠUNIERli jiddikjaraw li huma radikalizzati jew li huma vulnerabbli għar-reklutaġġ minn estremisti, li lkoll qed jipparteċipaw fil-programm ta’ riabilitazzjoni f’8 ħabsijiet madwar l-Unjoni Ewropea (HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI).
  • 162 PERSUNA JEW PARTI B’INTERESS ġenwin fis-sistema ġudizzjarja u rappreżentanti li huma involuti fit-tixrid tal-mudell alternattiv ta’ ċentri tad-detenzjoni għar-riabilitazzjoni ta’ priġunieri radikalizzati (WP5) sabiex jilħqu ftehimiet li jagħtu spazju għat-twettiq konkret probabbli fis-sistema tal-ħabs.