L-GĦANIJIET TAL-FAIR – FAIR

Fighting Against Inmates’ Radicalisation

763538 - FAIR - JUST-AG-2016/JUST-AG-2016-03 PROJECT NUMBER: 763538

  • Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti tal-priġunieri.
  • Tmexxi ’l quddiem in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’attività illeċita.
  • Tħaffef ir-riintegrazzjoni tal-expriġunieri fis-soċjetà.

L-GĦANIJIET TAL-FAIR

  • Il-proġett FAIR jibni fuq il-ĠABRA TA’ PRATTIKI TAJBIN (EN, FI, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI) fl-Ewropa dwar il-miżuri ta’ prevenzjoni u ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni Iżlamika fil-ħabsijiet, u fuq ir-rapport ta’ INDIKATURI TA’ RISKJU (EN, FI, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI) biex jaqbdu minn kmieni l-priġunieri radikalizzati u dawk f’riskju ta’ radikalizzazzjoni, b’elementi, attitudnijiet u mġibiet siewja biex jinqabdu priġunieri f’riskju.
  • L-operaturi tal-ħabs se jkunu inklużi wkoll fl-analiżi tal-bżonnijiet tal-ħaddiema taċ-ċentri tad-detenzjoni biex jipprevjenu u/jew jieħdu ħsieb ir-radikalizzazzjoni, kif imfisser fil-qosor fir-Rapport bl-Analiżi tal-Bżonnijiet tal-Operaturi (EN).
  • GWIDI ANĊILLARI (EN) biex janalizzaw il-bżonnijiet ta’ operaturi tal-ħabsijiet maħsuba biex il-ħaddiema jimxu magħhom meta jilmħu u jistħarrġu l-bżonnijiet ta’ dawn l-operaturi fil-ħidma tagħhom ma’ priġuniera f’riskju ta’ radikalizzazzjoni.
  • PROGRAMM TA’ PREVENZJONI U RIABILITAZZJONI (EN, FI, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI) għall-priġunieri għandhom jgħinu lill-operaturi tal-ħabsijiet biex min-naħa tagħhom huma jgħinu lill-priġunieri bi prevenzjoni u tmewwit ta’ interess fir-radikalizzazzjoni, u jmexxuhom bil-mod lejn il-ħelsien tagħhom.
  • Materjal addizzjonali relevanti, miġbur waqt il-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti msemmija hawn fuq, jista’ jinstab fil-PJATTAFORMA WEB TAL-FAIR f’10 lingwi differenti.
  • Laqgħat u diskussjonijiet ma’ nies b’interess fil-qasam u dawk li finalment jieħdu d-deċiżjonijiet jitħaffew fil-pajjiżi kollha msieħba biex juru sitwazzjonijiet speċifiċi u bżonnijiet f’kull kuntest nazzjonali, kif miġbur fil-qosor fir-RAPPORT KONĠUNT TAL-GRUPPI TAD-DISKUSSJONI (EN).
  • 170 operatur tal-ħabs minn 9 pajjiżi qed jieħdu sehem fil-PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ GĦALL-ĦADDIEMA FIL-ĦABS (EN, FI, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI) biex isaħħu l-kapaċità tal-operaturi b’rabta mal-osservazzjoni u identifikar ta’ dawk il-fatturi li jwasslu għal radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet u b’risq titjib tal-għarfien u l-ħiliet tagħhom.
  • SERVIZZ TA’ KONSULTAZZJONI ONLINE fil-lingwi tal-imsieħba f’dan il-proġett se jagħti lok għal kjarifika u gwida għall-operaturi mħarrġa b’mod riċenti.
  • Il-proċess se jkun evalwat permezz tal-ISKEDA TAL-EVALWAZZJONI (EN, FI, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI) u r-riżultati miksuba se jkunu murija b’mod qasir fil-PROGRAMM TAL-EVALWAZZJONI TAL- ĦADDIEMA FIL-ĦABS (EN, FI, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI).
  • STĦARRIĠ TAL-POSSIBBILTÀ GĦAL ĊENTRI TA’ DETENZJONI ALTERNATTIVI (EN, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO) se jitwettaq biex ikunu mistħarrġa l-benefiċċji miksuba mill-ħolqien ta’ dawn iċ-ċentri biex jilqgħu fihom dawk li jiksru l-liġi u huma radikalizzati u priġunieri f’riskju ta’ radikalizzazzjoni ġaladarba ’l barra mill-ħabs, sabiex jakkumpanjawhom fi programm ta’ diżingaġġ u d-dħul mill-ġdid fis-soċjetà.
  • 12-IL PROTOKOLL SKONT IL-PAJJIŻ (EN, HU, IT, LT, MT, PT) ma’ istituzzjonijiet ewlenin għall-ħolqien ta’ ċentri ta’ detenzjoni alternattivi fil-pajjiżi msieħba f’dan il-proġett.
  • Il-PILOT REHABILITATION PROGRAMME EVALUATION REPORT (EN, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI) se jservi biex l-għanijiet tal-programm jinġabru skont metodoloġija waħda maqbula flimkien.
  • Il-proġett FAIR jindirizza 10,000 ċittadin, 170 operatur tal-ħabs u 162 persuna jew entità b’interess ġenwin f’dan il-qasam, permezz tas-sit elettroniku tal-proġett, FaceBook u profili fuq Linkedin, imsejsa fuq PAKKETT TA’ VIŻIBBILITÀ komuni, bil-logo tal-proġett u tqassim grafiku komuni. FULJETTI TAL-PROĠETT (EN, FI, HU, IT, LT, MT, NL, PT, RO, SI) se jagħtu ħarsa ħafifa u ta’ malajr tiegħu.