L-IMSIEĦBA TAL-PROĠETT FAIR – FAIR

Fighting Against Inmates’ Radicalisation

763538 - FAIR - JUST-AG-2016/JUST-AG-2016-03 PROJECT NUMBER: 763538

  • Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti tal-priġunieri.
  • Tmexxi ’l quddiem in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’attività illeċita.
  • Tħaffef ir-riintegrazzjoni tal-expriġunieri fis-soċjetà.

L-IMSIEĦBA TAL-PROĠETT FAIR

Il-proġett FAIR jgħaqqad flimkien 10 imsieħba minn 9 pajjiżi Ewropej, bit-tmexxija ta’ Fondazione Nuovo Villaggio del Fanciullo (IT), b’esperjenza fit-tmexxija tal-NGOs, riabilitazzjoni ta’ nies bi problemi ta’ vizzji u l-integrazzjoni tagħhom fid-dinja tax-xogħol, taħriġ, riċerka, medjazzjoni dwar il-kriminalità tal-minuri, attivitajiet ta’ kitba awtobijografika għall-priġunieri u servizzi ta’ moniteraġġ għal minuri barranin li mhux akkumpanjati minn adulti. FNVF timmaniġġja l-proġett FAIR u tmexxi t-tħejjija tal-mudell ta’ ċentri ta’ detenzjoni alternattiv għar-riabilitazzjoni ta’ priġunieri radikalizzati.

L-iżvilupp tal-kontenut tal-FAIR ipprovdut minn 3 istituzzjonijiet ta’ riċerka u ta’ edukazzjoni: ARQ Psychotrauma Expert Group (NL), organizzazzjoni ta’ esperti fit-trawma psikoloġika, li tipprovdi assessjar tal-bżonnijiet tal-ħaddiema fil-ħabs u tanalizza l-aħjar prattiki Ewropej ta’ dawk il-miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu r-radikalizzazzjoni ta’ xejra vjolenti ma’ The European Institute for Crime Prevention and Control, affiljata man-Nazzjonijiet Magħquda – HEUNI (FI), li tmexxi ’l quddiem l-iskambju internazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriminalità. It-tielet sieħeb hi l-Università ta’ Malta (MT) li permezz tal-Programm tal-Edukazzjoni fil-Ħabs u l-Programm ta’ Rientru fis-Soċjetà tal-priġunieri, taħdem mill-qrib mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u tkopri d-diskussjonijiet fi gruppi tal-proġett FAIR u t-taħriġ tal-operaturi tal-ħabs.

Id-disseminazzjoni tal-kontenut tal-proġett qed issir permezz tal-pjattaforma elettronika parteċipattiva u tas-servizzi ta’ konsultazzjoni online, żviluppati minn The Institute for European Research and Development (SI), li żviluppaw għadd ta’ servizzi u soluzzjonijiet elettroniċi għal gruppi vulnerabbli, speċjalment ħabsin u żingari. L-EuroCoop taħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-promutur ewlieni, il-Fond għall-Iżvilupp Soċjali (LT), fondazzjoni tal-karità u li toffri sapport b’esperjenza f’ċentri li jilqgħu fihom expriġunieri ’l barra mill-ħabs u huma meqjusa esperti f’konsultazzjonijiet ta’ natura psikoloġika u l-għoti ta’ pariri għal gruppi f’riskju bħalma huma l-priġunieri u l-emigranti.

Il-programm ta’ taħriġ FAIR u l-pjattaforma web u s-servizzi ta’ konsultazzjoni huma esperimentati f’4 pajjiżi msieħba

  • permezz ta’ DARTKE (HU) li tiffoka fuq sfidi soċjali u trasformazzjonijiet fis-South Great Plain Region tal-HU u lil hinn b’ħidma mill-qrib mal-isfera akkademika b’risq titjib tal-kundizzjonijiet soċjali,
  • permezz ta’ The Trebnje Center for Education and Culture – CIK Trebnje (SI) li tmexxi programmi edukattivi għall-adulti u gruppi żvantaġġjati, b’mod speċjali priġunieri u żingari,
  • permezz ta’ Ċentru għall-Promozzjoni tal-Edukazzjoni Tul il-Ħajja CPIP (RO) li jiffoka fuq żvilupp professjonali tal-ħaddiema fil-ħabsijiet, għalliema u professjonisti għall-kura soċjali u
  • permezz ta’ Associação Portuguesa Conversas de Psicologia – APCdP (PT) li timplimenta programm tal-ħiliet ma’ priġunieri fil-ħabsijiet il-Portugall bil-għan li jtejbulhom ħajjithom fil-ħabsijiet u lil hinn mill-ħitan tal-ħabsijiet.